Lokali

Illum qed tissokta l-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Dalgħodu, fil-Qorti qed tissokta l-kumpilazzjoni dwar il-qtil tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta ta’ dalgħodu, il-Prosekuzzjoni qed tkompli tressaq aktar xhieda, fost l-oħrajn ta’ koppja li kienu nnutaw karrozza suspettuża fil-viċinanzi ta’ fejn sar ir-reat.

Bħad-drabi l-oħra, l-akkużati Vincent Muscat flimkien mal-aħwa George u Alfred Degiorgio twasslu l-Qorti taħt sigurtà stretta.

Preżenti fl-awla llum hemm ukoll Flutura Kusari, Avukat espert fil-Media miċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u l-Media, kif ukoll il-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapport dettaljat ikun ippubblikat aktar tard matul il-jum.