Lokali

“L-agħar staġun tal-kaċċa tal-ħarifa tul dawn l-aħħar snin” – BirdLife Malta

Hekk kif l-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa wasal fi tmiemu, BirdLife Malta ddeskriviet l-aħħar xhur bħala wieħed mill-agħar staġuni fejn jidħlu illegalitajiet marbuta mal-kaċċa tal-aħħar 5 snin. Dan hekk kif fi stqarrija ġie spjegat li mat-62 tajra protetta li spiċċaw taħt il-mira tal-kaċċaturi nġabru bejn il-bidu ta’ Settembru u l-aħħar ta’ Jannar.

Minn dawn it-62 għasfur protett 49 minnhom inġabru minn BirdLife Malta filwaqt li fost il-bqija tat-13 nġabru mill-Pulizija.

L-Għaqda saħqet li fl-aħħar snin in numri bdew jonqsu hekk kif tul l-istaġun tal-2015-2016 l-ammont kien dak ta’ 17. Għaldaqstant wieħed jasal għall-konklużjoni li proprju l-aħħar staġun li għadna kemm ħriġna minnu kien wieħed mill-agħar tal-aħħar snin. BirdLife insistiet li matul l-2017 l-għaqda nnifisha flimkien mal-pulizija rkupraw mat-82 għasfur protett wara li spiċċaw taħt il-mira tal-kaċċaturi – l-agħar ammont sa mill-2013.