Sport Sport Ieħor

OLIMPJADI TAX-XITWA – Elise Pellegrin se tirrapreżenta lil Malta

Elise Pellegrin

Elise Pellegrin se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi tax-Xitwa li se jsiru fil-belt ta’ Pyeongchang fil-Korea t’Isfel.

Għaliha din se tkun it-tieni darba li se tkun qed tieħu sehem fl-Olimpjadi tax-Xitwa meta fl-2014 kienet diġa’ rrappreżentat lil Malta fl-edizzjoni li kienet saret f’Sochi.

Biex ikkwalifikat għall-Olimpjadi tax-Xitwa Pellegrin ikkompetiet f’numru ta’ kompetizzjonijiet fl-Arġentina, fl-Italja, fi Franza u fl-Istati Uniti.

Fi Pyeongchang Pellegrin se tieħu sehem f’żewġ kategoriji, fil-Giant Slalom u fis-Slalom. Hi se tkun fl-azzjoni fit-12 u fl-14 ta’ Frar. Pellegrin se tkun akkumpanjata mill-kowċ Marvin Hocquaux.