Huma tal-anqas 70 fil-mija dawk l-Amerikani li huma sodisfatti bl-ewwel diskors tas-State of the Union tal-President Amerikan Donald Trump. Dan skont stħarriġ tas-CNN u s-CBS.
Stħarriġ tas-CNN sab li minn dawk li raw id-diskors ta’ Trump dwar id-direzzjoni tal-pajjiż taħt it-tmexxija tiegħu, 70 fil-mija kellhom reazzjoni pożittiva ħafna għad-diskors. Dan apparti li kien hemm 62 fil-mija li jemmnu li Trump kien qed imexxi l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba.
Stħarriġ mill-istazzjon l-ieħor ewlieni Amerikan, is-CBS, ukoll sab approvazzjoni kbira għal Trump.
Osservaturi fakkru li fil-passat, kemm fil-każ ta’ Barack Obama kif ukoll ta’ George W. Bush, l-approvazzjoni għal dan id-diskors kienet tkun ta’ 48 fil-mija.
Sadattant stħarriġ mill-Monmouth University sab li Trump, bejn Diċembru u Jannar, kien żied fil-popolarità.
L-istħarriġ sab li kien hemm 42 fil-mija li japprovaw bil-mod kif qed imexxi Trump filwaqt li 50 fil-mija qalu li ma jaqblux meta f’Diċembru dawn kienu 32 fil-mija u 56 fil-mija kienu dawk li ma jaqblux.
Sodisfazzjon bid-diskors ta’ Trump


