Lokali

Strike ta’ ġurnata għall-infermieri tas-swali tal-Operazzjonijiet f’Mater Dei

 

Bħalissa l-infermiera li jaħdmu fis-swali tal-Operazzjonijiet f’Mater Dei żdidilhom l-ammont ta’ xogħol pero’ l-ammont ta’ infermieri baqa’ ma żdiedx. Din is-sitwazzjoni qed tinkweita ħafna lill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN.

F’kumment ma’ netnews.com.mt Colin Galea, s-Segretarju Ġenerai tal-MUMN, qal li l-infiermieri f’dan il-post tax-xogħol huma frustrati kemm għaliex ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol u anke għaliex is-sitwazzjoni mhix ġusta fil-konfront tagħhom.

Għal din ir-raġuni l-MUMN qed isejjaħ strike għall-membri tagħha li għandu jsir it-Tnejn. L-istrike se jkun ta’ ġurnata għal dawk l-infermieri kollha membri tal-Union li jaħdmu fis-swali tal-
operazzjonijiet. Pero’ l-MUMN qalet li s-servizzi tal-emerġenza mhux se jkunu affetwati.

Colin Galea qal li l-MUMN qed titlob li sal-Ħadd jiġu allokati numru sostanzjali ta’ infermieri fis-swali tal-Operazzjonijiet f’Mater Dei Jekk din it-talba ma tintlaqax u l-istrike isir it-Tnejn, ikollu jitlaqqa’ l-Kunsill tal-MUMN sabiex jiddeċiedi x’se jkun il-pass li jmiss.