Lokali Saħħa

TIKBER IL-PRESSJONI: Lejn strajk ieħor fis-settur tas-saħħa

L-MUMN tirreġistra tilwima industrijali li taffetwa direttament Mater Dei

Madwar 200 infermier se jkunu qed jistrajkjaw nhar it-Tnejn li ġej b’riżultat li diversi operazzjonijiet sensittivi se jiġu affetwati. Dan wara perssjoni kbira li qed ikun hemm fuq is-swali tal-operazzjonijiet, kaġun tal-immaniġjar ħażin u n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Gvern.

It-Times illum qed tirrapporta illi l-MUMN qed titlob li b’mod immedjat l-istaff fit-teatri tal-operazzjonijiet jiżdied b’20 persuna.

L-istrajk ta’ nhar it-Tnejn hu pjanat li jinfirex bejn is-7am u s-7pm.