Bir-rebħa fuq Balzan Flyers, Swieqi Phoenix rebħu l-Kampjonat Nazzjonali tal-volleyball tan-nisa tal-kategorija taħt it-18 il-sena.
Għat-tim immexxi minn Leonard Zammit Munro, dan kien it-tielet suċċess konsekuttiv f’Kampjonat li kien missielet l-aktar bejn it-tliet timijiet ewlenin, l-istess Swieqi Pheonix , Balzan Flyers u Paola Volley – liema timijiet huma wkoll il-bażi tas-selezzjoni nazzjonali fil-kategorija taħt it-18-il sena.
F’Kampjonat milgħub fuq erba’ rawnds Swieqi Phoenix rebħu l-partiti kollha li lagħbu fejn għelbu 3 – 1 lil Paola Volley u tliet darbiet bl-iskor ta’ 3-0 filwaqt li ghelbu lil Balzan Flyers, darbtejn 3-2 u darbtejn 3-0.
It-tim kien maghmul minn Monica Zammit Munro,Tamara Kenkovski,Chani-Mae Campbell,Jelena Tancic,Sophie-Ann Busuttil,Alice De Bortoli,Julianne Deguara,Nicole Vassallo u Hellie Honney.