Għarusa ġiet ordnata mill-Qorti sabiex tħallas €12,359 flimkien mal-interessi dovuti sa mill-2014 lill-kumpanija Busy Bee.
Dan wara li l-Busy Bee tellgħet il-Qorti lill-mara wara li rrifjutat li tħallas lill-kumpanija li provditilha l-ikel għat-tieġ, liema kumpanija sostniet l-għarusa – ma forniliex biżżejjed ikel għal 500 persuna.
Fil-Qorti kemm l-għarusa kif ukoll ommha saħqu li sa mill-bidu kienu mħassba dwar l-ammont ta’ ikel madanakollu r-rappreżentant tal-kumpanija kien assigurahom li l-ikel kien ser ikun biżżejjed.
Madanakollu ħareġ fid-deher li ma kienx hemm biżżejjed ikel għal kull mistieden, iżda wara li diversi impjegati tal-kumpanija tressqu bħala xhieda ħareġ biċ-ċar li l-problema ma kienx l-ammont tal-ikel iżda l-ikel spiċċa minħabba li t-tieġ dam ħafna iżjed mill-ħin stipulat.
//= $special ?>

