Lokali

Jim Carrey jinħeles minn kull akkuża dwar il-mewt tal-eks għarusa

L-attur komiku Amerikan Jim Carrey kellu kull akkuża kontrih imwarrba f’kawża ċivili dwar is-suwiċidju tal-ekstfajla tiegħu minn qorti f’Kalifornja.
Carrey, li għandu 56 sena, kien qed ikun imfittex mill-ġenituri ta’ Cathriona White bħala l-kawża wara s-suwiċidju tagħha f’Settembru tal-2015. Il-ġenituri u l-eksraġel ta’ White kienu qed isostnu li kien Carrey li ta d-drogi lil White biex tagħmel suwiċidju.
White, li kellha 30 sena u kienet minn County Tipperary fl-Irlanda, kienet ilha f’relazzjoni ma’ Carrey mill-2012 imma spiss kienu jitbiegħdu minn xulxin tul dawn is-snin.
Carrey kien irrabjat mill-kawża kontrih għaliex kienu qed jippruvaw japrofittaw minn mewt traġika.
Carrey kien ukoll svela li White kienet qed tirrikattaħ u kienet ffalsifikat dokumenti biex juru li hu kien ta infezzjoni sesswali.