Raġel minn Ħal Għaxaq li lura fl-2008 kien ġie kkundannat għal 5 snin priġunerija wara li kien instab ħati li seraq minn 16-il knisja madwar Malta għaldarb’oħra reġà tfaċċa quddiem il-Qorti għal akkużi simili.
Dan hekk kif Joseph Attard ta’ 42 sena kien ġie arrestat f’Ottubru li għadda wara li spiċċa akkużat bis-serq ta’ żewġ kuruni tar-rużarju tal-fidda li kienu mal-vara ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun.
Filwaqt li r-raġel caħad kull akkuża miġjuba kontrih, huwa nħeles bi pleġġ b’garanzija personali ta’ €10,000 kif ukoll ġie ordnat li ma jistax joħroġ mir-residenza tiegħu bejn is-7 ta’ filgħaxija u s-7 ta’ filgħpdu. Dan filwaqt li Attard irid jiffirma 3 darbiet fil-ġimgħa
//= $special ?>

