Lokali

FILMAT: Għadu ma nqabadx ħalliel li seraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Għadu mhux identifikat żagħżugħ li jumejn ilu seraq par headphones tad-ditta minn ħanut tal-apparat elettroniku f’San Pawl il-Baħar.

F’filmat li ttella’ minn sid il-ħanut jidher dan iż-żagħżugħ li għal ħin twil idur mal-ħanut sakemm jistenna lill-impjegat ikun aljenat. Jirriżulta li l-impjegati nnutaw li kien hemm par headphones nieqsa u ġie nfurmat li seraqhom xi ħadd, iżda minkejja li ġie affaċċjat b’dan, hu baqa’ rilassat.

Minkejja li fuq Facebook dan il-filmat ġie xxerjat mijiet ta’ drabi, s’issa jirriżulta li ma waslitx informazzjoni li wasslet għall-arrest taż-żagħżugħ, li jibqa’ mhux identifikat.