Lokali

FILMAT: Tisraq kostum tal-karnival minn stabbiliment fil-Ħamrun

Filmat li ttella’ fuq paġna ta’ kumpanija tal-kostumi tal-karnival juri mara, li s’issa mhix identifikata, tisraq kostum minn wieħed mill-istabbilimenti li jinsab fil-Ħamrun.

Fil-filmat pjuttost twil ta’ kważi żewġ minutir, il-mara tidher iddur qalb il-kostumi sakemm finalment għażlet kaxxa. Hekk kif qrib tagħha kien hemm impjegata tal-ħanut, hi marret bil-kaxxa f’rokna tal-ħanut, ħarset madwarha biex tara li m’hemm ħadd u taħbi l-kostum f’basket li kienet qed iġġorr magħha.

Bl-iskop li ma tatħix fl-għajn, hi ħalliet il-kaxxa fil-ħanut qabel ħarġet dritt ‘il barra mill-istabbiliment. Min jagħraf lil din il-mara jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija, jew inkella direttament ma’ sid il-ħanut fuq 7947 3870.