Futbol Sport

Floriana jirritornaw għar-rebħ

L-azzjoni tal-gowl skorjat minn Juninho Cabral (Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Keane Cutajar

FLORIANA…………………1

ĦAMRUN S…………………0

Floriana: I. Akpan (M. Grech 68’), S. Nayar, E. Pepe, E. Ruiz, S. Pisani, J. Cabral, A. Cini, A. Oyama, D. Grima, M. Fontanella

Ħamrun: J. Galea, M. Criaco, D. Zerafa, C. Zaccardo, G. De Castro, K. Micallef (L. Micallef 55’), A. Faria, T. Espindola, T. Souza, D. Camilleri (T. Caruana 66’), A. Nilsson

Imwissija: J. Cabral 14’, M. Fontanella 71’, E. Marcelina 81’ (F) T. Espindola 42’, G. De Castro 83’, A. Faria 85’ (Ħ)

Tkeċċa: T. Espindola 74’ (Ħ)

Skorja: J. Cabral 27’ (F)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Dusan Petrovic

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Juninho Cabral (Floriana)

Attendenza: 480

Quddiem xita kontinwa, Floriana rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Ħamrun f’partita importanti għaż-żewġ timijiet fi triq biex jakkwistaw post ma’ ta’ fuq biex is-sena d-dieħla jilagħbu fl-Ewropa. B’din it-telfa l-futur tal-kowċ ta’ Ħamrun Jacques Scerri kompla jkun f’dubju.

L-ewwel taqsima ftit li xejn offriet azzjonijiet b’dik l-iktar denja ta’ nota tkun il-gowl li bih it-tim ta’ Nicolas Chiesa u JJ Aquilina mar fil-vantaġġ. It-tieni taqsima ħadet daqsxejn iktar ħajja u kienet iktar interessanti għall-pubbliku preżenti.

L-ewwel azzjoni waslet fuq in-naħa ta’ Floriana. Ix-xutt ta’ Mario Fontanella kien salvat minn Jake Galea wara kwarta logħob. Floriana fetħu l-iskor fis-27 minuta permezz ta’ Juninho CABRAL wara li daħal tajjeb fil-kaxxa qabel tefa’ wara Jake Galea.

It-tieni taqsima fetħet bi free-kick ta’ Fontanella li kien faċli għal Galea minħabba li kien wisq ċentrali. Minuta wara, Floriana protestaw għal penalty iżda Malcolm Spiteri ma ra xejn ħazin.

Juninho Cabral kien imċaħħad mill-wieqfa fl-64 minuta. Fl-istess azzjoni Floriana ipprotestaw għal handsball fil-kaxxa iżda ir-referee reġa ħalla l-logħob għaddej. Floriana kienu sfurzati jagħmlu sostituzzjoni bejn il-lasti erba’ minuti wara meta weġġa’ Ini Akpan li floku daħal Matthew Grech.

Ħamrun spiċċaw jilagħbu b’għaxra għall-aħħar kwarta tal-partita wara li għalihom tkeċċa Thiago Espindola bit-tieni karta safra. Mill-istess free-kick, Jake Galea salva faċilment fuq ix-xutt dirett ta’ Arthur Oyama. Alex Cini ittanta xortih minn barra l-kaxxa fit-80 minuta iżda sab lil Galea attent li niżel isalva.

Guilherme De Castro kien ammonit fit-83 minuta wara li allegatament prova jirbaħ fawl, deċiżjoni li Ħamrun ipprotestaw għaliha hekk kif il-partita kompliet tisħon b’aktar daħliet goffi.

Fl-aħħar sekondi tal-partita, Ħamrun tellgħu t-tim sħiħ għall-korner. Id-difensuri ta’ Floriana irnexxielhom b’xi mod jimblukkaw gowl ċert u mill-kontrattakk Floriana naqsu li jżidu t-tieni anke jekk b’lasta vojta biex il-partita spiċċat b’rebħa għal Floriana.