Mhux magħruf x’wassal biex dalgħodu ammont kbir ta’ fjuwil niġġes il-baħar fiż-żona tal-Bajja tax-Xemxija.
Ritratti li ttellgħu fuq Facebook juru medda kbira ta’ baħar tleqq biż-żejt. Ir-ritratti f’dan s-sens tant huma grafiċi li ż-żagħżugħ li tellagħhom onlajn kellu jagħmilha ċara li ma kinux modifikati iżda juru realment is-sitwazzjoni.
Net News hu nfurmat li sar rapport dwar dan u li mistennija tittieħed azzjoni biex din iż-żona titnaddaf miż-żejt.
Ritratti: Zach Zammit
//= $special ?>





