Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jaħtar il-Kelliema tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia illum assenja rwoli ġodda lill-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bħala kelliema tal-Oppożizzjoni f’diversi oqsma.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li wara li beda proċess ta’ ħidma intensiva biex issaħaħ l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista issa qed iniedi reshuffle li tirrifleti l-mod ġdid ta’ kif se jaħdem fil-parlament. Dan se jkun qed jirrifletti l-politikaċara tiegħu ta’ partit pożittiv u oppożizzjoni b’saħħita. Huwa qal “Nafu fejn irridu mmoru u nafu kif irridu naslu. Se nsaħħu l-ġlieda kontra l-korruzjoni imma se nidddedikaw l-istess enerġija biex nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-familji tagħnu tal-persuni  vulnerabbli”

Adrian Delia qal li din ir-reshuffle għandha bħala l-bażi tagħha numru ta’ principji: Din hija Oppożizzjoni u Partit li tħares bis-serjeta il-ġid Komuni u l-wirt ta’ tal-ġenerazzjonijiet Futuri bi protezzjoni ċara tal-ħajja umana u inizjattivi ambjentali;

tqiegħed lill-persuna umana fiċ-ċentru tal-politika tagħha b’opportunitajiet għall-kulhadd u wens lill-vulnerabbli;

għandha viżjoni ċara ta’ ppjanar serju għall-futur ekonomiku, socjali u infrastrutturali;

innovazzjoni b’ policy areas ġodda li huma kompletament injorati mill-Gvern bħal glieda kontra is-solitudni, saħħa mentali, green initiatives u governanza tajba.

Din hi l-lista sħiħa tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni:

Delia, Adrian – Kap tal-Oppożizzjoni u Kelliem tal-Ġustiizja

Agius, David – Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni dwar l-Energija u Immanigjar tal-Ilma

Arrigo, Robert – Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni dwar it-Turiżmu

Puli, Clyde – Segretarju Ġenerali u Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21

Cutajar, Robert – Whip u Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali, Komunitajiet u Fondi Ewropej

Azzopardi, Frederick – Deputy Whip u Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni u Affarijiet Soċjali f’Għawdex

Bartolo, Ivan – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ġlieda Kontra l-Faqar, is-Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali

Bezzina, Toni – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Trasport u Infrastruttura

De Marco, Mario – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-Finanzi

Debono, Kristy – Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni

Deguara, Maria – Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar Anzjanità Attiva, Persuni b’Diżabilita u l-Ġlieda kontra d-Dipendenzi u l-Vizzji

Galea, Mario – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Mentali, d-dementia, kura fil-komunitá, d-diabete, u d-Drittijiet tal-Annimali

Mifsud Bonnici, Carmelo – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

Schiavone, Hermann -Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Djalogu Soċjali, Volontarjat u s-Soċjeta Ċivili u l-kuntatt man-nies

Spiteri, Stephen – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa

Stellini, David – Kelliem ta’ l-Oppożzzjoni dwar Affarijiet Ewropej u Brexit

Vassallo, Edwin – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, Negozji Żgħar, Ko-operattivi, Biedja u Sajd

Said, Chris – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-riforma Kostituzzjonali

Portelli, Marthese – Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar Proġetti Kapitali, l-Ippjanar u s-suq tal-propjetà.

Azzopardi, Jason – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Green Initiatives

Callus, Ryan – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-ġlieda kontra l-Obeżita

Busuttil, Simon – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar Good Governance

Buttigieg, Claudette – Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar Drittijiet Indaqs, Libertajiet Ċivili u Drittijiet taċ-Ċittadin u Deputat Speaker

Comodini Cachia, Therese – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-Media u l-Kultura u l-Identita Nazzjonali

Gouder, Karl – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali

Grech, Claudio – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet u Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf

Fenech Adami, Beppe – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-ġlieda kontra l-Kriminalità

Aquilina, Karol – Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi

 

Ikkummenta