Illejla, fl-MFCC f’Ta’ Qali, se jitella’ il-Finali tal-Malta Eurovision Song Contest. B’kollox ser jipparteċipaw sittax -il kanzunetta.
Il-kanzunetta rebbieħa, se tirrappreżenta lil Malta fil-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fil-kapitali Portugiża Lisbona.
Ser ikun qed jiftaħ dan l-ispettaklu Aidan Cassar bid-diska Dai Laga filwaqt li ser tagħlqu Petra bid-diska Evolution. Intant il-ftuħ uffiċjali ser jiġi imħejji minn Analise Dance Studio.
Din is-sena ser inkunu qed naraw diversi kantanti ta’ etajiet differenti kollha bi stil uniku.
Qabel l-ispettaklu tal-Malta Eurovision Song Contest, il-pubbliku ser ikun jista jsegwi avveniment fejn ser niltaqgħu mal-kantanti u l-preżentaturi kollha fuq it-tapit l-aħmar.
//= $special ?>