Lokali

Jitnieda l-ktieb ta’ Samuel- ‘Samuel and the Magic Tooth’

Tnieda l-ewwel ktieb ta’ Samuel Farrugia. Samuel, li huwa għami, minkejja li qed jiġġieled il-mard irnexxilu jikteb l-ewwel ktieb tiegħu, bl-isem ta’ ‘Samuel and the Magic Tooth’.

Dan il-ktieb jinkludi tifel bl-isem ta’ Samuel. Samuel, l-awtur tal-ktieb, saħaq li iddeċieda li jsemmih bħalu stess peres li kull darba li tah isem differenti d-dettall beda jonqos. Mill-band l-oħra, meta tah l-isem ta’ Samuel huwa ħassu parti mill-istorja u seta’ jimmaġina kollox, dak li kien qed jisma u jara.

Il-ktieb li huwa bl-ingliż, huwa wieħed ta’ avventura li jinkludi referenzi għal dinosawri differenti. Net News tkellem ma’ Samuel li spjega l-idea wara l-istorja.

Huwa qal ukoll li kien hemm diversi bidliet li wassal għat-tema finali. Intant meta beda jikteb dan il-ktieb sentejn ilu, it-tema kienet waħda kumpletament differenti.

Samuel saħaq ukoll li illum, li għandu l-opportunità li jzomm dan il-ktieb f’idejħ li sa ftit ta’ żmien ilu kien sempliċiment ħolma tfisser ħafna.

Dan il-ktieb ġie ippubblikat bl-għajnuna ta’ ħafna nies fosthom il-President Marie Louise Coleiro Preca u Panda Publications.