Għal sena oħra l-istudenti ta’ San Alwiġi jinsabu ħerqanin sabiex itellgħu l-isoiree ta’ din is-sena bl-isem ta’ Sister Act Sac Soiree.
L-istudenti ilhom xhur sħaħ jippreparaw dan l-ispettaklu li jinvoli żfin, kant u mużika b’mod live. Intant, l-ispettaklu hu maqsum fit-tnejn, fejn fl-ewwel parti l-pubbliku isegwi biċċiet qosra ta’ żfin, kant u reċtar, filwaqt li t-tieni biċċa tkun komposta mill-musical.
Net News tkellem ma uħud mid-diretturi li spjegaw it-triq lejn is-soiree ta’ din is-sena u il preparamenti ta’ qabel jitilgħu fuq il-palk.
Għal din is-sena, l-orkestra ser tkun f’post prominenti minflok taħt il-palk kif kienet tkun fis-snin preċidenti. Dan it-tibdil kien jinvolvi diversi spejjeż u xogħol. Fuq dan il-proġett tkellimna ma’ Jean Pierre Portanier, il-persuna li tmexxi l-istudenti biex jaslu għal-prodott finali.
L-isoiree ta’ din is-sena qed isir fit-teatru ta’ San Alwiġi bejn it-tnejn u il-ħamsa ta’ Frar.
//= $special ?>