Lokali

RITRATTI: It-tieni karozza lussuża fi ftit jiem tingħata n-nar f’Bormla

Karozza tat-tip Mercedes Benz inqerdet għalkollox wara każ li seħħ ftit wara l-erbgħa ta’ dalgħodu f’Wesgħet il-Knisja tan-Natività, f’Bormla.

Fil-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u evitaw li dawn jinfirxu għal vetturi oħra li kienu pparkjati fil-qrib.

Dwar il-każ tal-lejl li għadda nfetħet inkjesta maġisterjali, b’persuni fil-post li qalulna li f’dan il-każ ukoll hemm suspetti li n-nar tqabbad apposta minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Dan kien it-tieni każ ta’ karozza li nqerdet min-nirien fl-istess post f’madwar tliet ġimgħat. Dan hekk kif fl-20 ta’ Jannar li għadda, ukoll is-Sibt, karozza lussuża oħra li kienet inxtrat biss ġimgħa qabel inqerdet matul il-lejl (ara isfel).

Karozza tingħata n-nar f’Bormla; il-karozza nxtrat ġimgħa ilu