Pompa tal-konkos inqelbet għal ħabta tas-siegħa u nofs illum waranofsinhar. L-inċident seħħ fi Triq Bonavita f’San Ġiljan.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Intant, b’kawża tal-inċident il-pompa tal-konkos spiċċat isserraħ fuq il bini tal-faċċata. Peres li t-triq li tinsab fiha l-pompa hija waħda dejqa, l-każ huwa wieħed diffiċli.
Fil-ħinijiet li ġejjin qed jistennew uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, u xi esperti oħra.
//= $special ?>