Joseph Muscat il-Ħadd filgħodu mar fil-każin tal-Partit Laburista ta’ Marsaxlokk, għal ħin twil minħabba ż-żjara tiegħu infatti t-triq ta’ quddiem il-każin, kienet magħluqa.
Fil-każin Laburista fost il-partitarji, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb sezzjoni ta’ mistoqsijiet organizzati minn qabel mill-istess partitarji. Fost il-mistoqsijiet, li ma kienu xejn ħlief radd il-ħajr lejn il-Gvern Laburista minn Laburisti magħżula, kien hemm rabta mal-lokal fejn saret l-attività, kelliema irringrazzjat lill-Prim Ministru talli neħħa l-Power Station minn Marsaxlokk, u issa hemm flokha t-tanker tal-gass.
Mistoqsi mill-pubbliku preżenti mill-ġdid dwar ir-re-shuffle tal-PN u l-ħidma fl-UE, wieġeb billi qal hekk, “min jobżoq fl-ajru jerġa jiġi f’wiċċu”.
Minkejja dan kollu, il-Prim Ministru baqa’ ma tkellem xejn dwar id-diżastru li hemm fit-toroq ta’ Marsaxlokk minħabba telqa f’xi xogħolijiet li qed isiru.
//= $special ?>