Is-servizzi tas-salvataġġ Marokkini rkuperaw il-katavri ta’ millanqas 20 persuna li nstabu fil-baħar ‘il hinn minn Melilla; it-territorju ċkejken Spanjol mal-fruntiera tal-Marokk.
Il-ħidma saret wara li l-membri tal-ekwipaġġ ta’ bastiment tal-passiġġieri kienu lemħu lill-katavri fil-baħar.
L-indikazzjonijiet, kienu li l-mejtin kienu immigranti mir-reġjuni Afrikani ta’ taħt is-Sahara. Mhux eskluż li dawn setgħu kienu qed jippruvaw jaslu fl-Ewropa u li kienu pruvaw jinżlu għal żmien f’Melilla, minkejja t-twissijiet ta’ maltemp qawwi għal dak ir-reġjun partikulari.
It-territorju ta’ Melilla, li jkopri biss 12 il-kilometru kwadru, jitqies bħala aċċess ewlieni għall-immigranti li qed ifittxu x-xogħol u l-kenn politiku fl-Ewropa. Dan meta Melilla u Ceuta, territorju ieħor ta’ sovranità Spanjola, iservu bħala l-unika fruntiera tal-art tal-Unjoni Ewropa mal-Afrika.
//= $special ?>

