Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Christabelle

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista feraħ lil Christabelle għas-suċċess li kisbet fil-Malta Eurovision Song Festival.

Therese Comodini Cachi, Kelliema għal kultura, l-media u l-identità qalet li huwa ta’ pjaċir li l-ewwel stqarrija t bħala Kelliema għall-Oppożizzjoni fuq il-Kultura, Media u Identità Nazzjonali tkun li nawgura lil Christabelle talli hija se tkun qiegħda tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision f’Lisbona il-Portugal. Żgur li Christabelle se tagħmel ġieh lil pajjiżna. F’okkażjonijiet bħal dawn il-Maltin jingħaqdu wara r-rappreżentant ta’ pajjiżna hekk kif avvenimenti kulturali jistgħu jgħaqqduna.

Therese Comodini Cachia rringrazzjat lil kull kantant, mużiċist, żeffien u artist ieħor li pparteċipa f’dan il-konkors. Il-Partit Nazzjonalista japprezza s-sagrifiċċji li jagħmlu l-artisti biex jesprimu u jkabru t-talenti tagħhom u se jkun qiegħed jaħdem biex ikun hemm aktar opportunitajiet għall-artisti Maltin.