Żebbuġ Rangers FC Youth Nursery, flimkien mal-Awtorita’ tat-Turizmu, il-Fondazzjoni PUPI Malta u l-Inter Club PUPI Zanetti Malta, se jorganizzaw sessjoni ta’ taħriġ mal-ekscaptain ta’ Inter Javier Zanetti nhar il-Ħamis 22 ta’ Frar li ġej f’Ħaż-Żebbuġ. Dan sar magħruf waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’dawn l-aħħar jiem.
Il-plejer mill-Arġentina se jkun preżenti fil-grawnds ta’ Haz-Zebbug fejn se jmexxi sessjoni ta’ taħriġ għal dawk it-tfal kollha, bniet u subien mill-età ta’ bejn is-7 u l-14-il sena.
Minbarra siegħa u nofs ta’ taħriġ, it-tfal se jieħdu lura magħhom flokk kommemorattiv, ċertifikat ta’ parteċipazzjoni ffirmat minn Zanetti nnifsu, ritratt tal-okazzjoni u rigali oħra promozzjonali.
Kull parteċipant se jkollu l-opportunità li jirbaħ żewġ biljetti biex jara logħba ta’ Inter f’San Siro kif ukoll l-opportunità li jiltaqa’ ma’ Zanetti f’Milan.
Attività oħra ma’ Zanetti se ssir l-Erbgħa 21 ta’ Frar fil-grawnd ta’ Santa Lucia fejn se jmexxi sessjoni ta’ taħriġ għall-adulti.
//= $special ?>