Lokali

Jitkompla l-vandaliżmu fil-Belt Valletta

Uħud mill-iskulturi kontravenzjali fil-Belt Valletta ġew ivvandalizzati bejn ilbieraħ u llum.

Ir-ritratti (‘il-qattusa għaġelija frieh għomja tagħmel’) jixhdu reati ta’ vandaliżmu fuq din l-arti li f’reazzjoni fuq Facebook iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, jgħid li l-proġett, li lanqas biss ilu jumejn eżebit, spiċċa mkisser f’bosta bnadi. Huwa sejjaħ dawn l-atti bħala atti ta’ “injoranza”.

Il-proġett, appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, juri xogħol artistiku ta’ Ikona Artworks Ltd bit-tim artistiku magħmul minn Joel Saliba, Margaret Pace u Sarah-Lee Zammit, u juża bosta qwiel Maltin sabiex jesponi l-wirt lingwistiku tal-ilsien Malti. Infatti l-iskulturi juru qwiel bħal dawn; ‘Iż-żmien isajru l-bajtar’, ‘il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet lill-kbira’, ‘l-ewwel ma tiekol l-għajn’ u ‘min jidħol bejn il-basla u qoxritha jibqa’ b’riħitha’, l-aħħar waħda fil-mod kif inhuma l-istrutturi qajjmu kemxejn ta’ kontroverzja.

B’kollox, madwar il-Belt Valletta, wieħed isib 13-il struttura artistika bħal din.

Segwi hawn dak li ġie rrapurtat ilbieraħ;

RITRATT: Diġa tkissru tnejn mill-istallazzjonijiet tal-arti madwar il-Belt Valletta