Fis-Siġġiewi l-Kap tal-Pazzjonalista Adrian Delia spjega li fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-Partit Nazzjonalista se jħares ‘il quddiem u jippjana biex l-irħula tagħna ma jintilfux taħt idejn il-kilba ta’ ftit.
Dan diġa qed isir minn uħud mill-Kunsilli Lokali, bis-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit li ffukat id-diskors tagħha fuq il-ħidma tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista.
Kunsill Lokali li wettaq proġetti ta’ infrastruttura li jlaħħqu iż-2 miljun ewro fosthom fondi mill-Unjoni Ewropea. Alessia Psaila Zammit tkellmet dwar il-proġetti komunitarji li twettqu mill-Kunsill fosthom iċ-Ċentru Ċiviku, iċ-Ċentru għall-Anzjani u l-pjan ta’ night shelter għall-anzjani.
Fid-dawl ta’ dan Alessia Psaila Zammit qalet li tinsab konvinta li poplu tas-Siġġiewi se jkompli jagħti l-fiduċja tiegħu lill-kunsill immexxi minn maġġornaza Nazzjonalista.
Dan għaliex għall-kuntrarju, il-Gvern nesa lir-residenti Siġġiwin, tant li fakkret kif is-Segretarju Parlametari Roderick Galdes, responsabbli mill-Akkomodazzjoni Soċjali ma sabx il-ħin li jiltaqa’ mar-residenti tas-Siġġiewi biex jisma’ l-inkwiet tagħhom.
//= $special ?>

