Lokali

Ritratti: Tfajla l-isptar wara inċident f’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 22 sena li toqgħod Birkirkara tinsab l-isptar bi ġrieħi ħfief wara incident fi Triq il-Palm f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.30 hekk kif kien hemm ħabta bejn żewġ vetturi waħda tat-tip Renault li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena miż-Żejtun u l-oħra tat-tip Mazda li kienet qed tinstaq mit-tfajla ta’ 22 sena.

Fuq il-post isseħjet ambulanza u kif ukoll il-membri tal-Pulizija hekk kif għal xi ħin kellhom jagħlqu t-triq għat-traffiku.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.

Ritratti: Joseph Tirchett