Futbol Sport

Sospiż minn kull grawnd fl-Ingilterra

(Ritratt – Martin Agius)

Xhur wara li qabeż fil-grawnd waqt il-partita bejn Malta u l-Ingilterra, iż-żagħżugħ Ingliż Jake Peachey ġie sospiż milli jidħol f’kull grawnd li hemm f’pajjiżu.

Barra minn hekk ġie ordnat biex jagħti l-passaport tiegħu lill-pulizija kull meta l-Ingliżi jilagħbu barra minn darhom.

Il-każ kien seħħ fl-1 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet meta Peachey, li għad għandu 16-il sena kien għamel sfida fuq l-Internet li jekk jilħaq l-400 “retweet’ fuq Twitter jaqbeż fil-grawnd waqt li kienet għaddejja l-partita valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Jum wara l-Qorti ta’ Malta kienet immultatu s-somma ta’ €200 u ġie sospiż għal sena minn kull grawnd f’Malta.