Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiseb żieda ta’ 8 punti perċentwali fil-fiduċja li jgawdi mill-elettorat.
Dan joħroġ minn stħarriġ li għamlet il-gazzetta Malta Today dwar il-fiduċja li jgawdu l-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna.
Adrian Delia kiseb żieda ta’ 8 punti perċentwali mill-aħħar stħarrig li għamlet il-Malta Today f’Diċembru li għadda.
Dan kuntrarju għall-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat li minn Diċembru li għadda tilef 9 punti perċentwali mill-fiduċja li jgawi – tant li għall-ewwel darba f’ħafna snin il-fiduċja li jgawdi Muscat hija inqas mill-fiduċja li jgawdi l-istess Partit Laburista.
Muscat qed jitlef il-fiduċja anke tal-Laburisti stess. Fl-istharriġ li sar f’Novembru, Muscat kellu l-fiduċja ta’ 98% tal-votanti Laburisti. Din il-fiduċja issa naqset għal 72% – tnaqqis ta’ 26 punt perċentwali.
//= $special ?>

