Lokali

Żagħżugħ li ħarab mill-Isptar Monte Karmeli jinstab mejjet

Sptar Monte Karmeli - Ritratt mill-arkivji

Il-Ministeru tas-Saħħa ordna inkjesta wara li żagħżugħ instab bla ħajja  wara li ħarab mill-Isptar Monte Carmeli. Iż-żagħżugħ ddaħħal b’mod voluntier għal kura il-Ġimgħa fl-Isptar imma ħarab mill-isptar wara li sgassa tieqa tal-kamra tal-banju.

Dwar l-istess każ qed issir ukoll inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Natasha Galea Xiberras.

Malli t-tmexxija tal-Isptar Monte Carmeli saret taf bl-għibien taż-żagħżugħ infurmat lill-Pulizija u lill-qraba tal-pazjent, fejn bdiet tfittxija għalih minnufih.

Dalgħodu l-qraba taż-żagħżugħ li għandu 18-il sena, appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku kien biss ftit tas-siegħat wara li ż-żagħżugħ instab mejjet.