Lokali

1,589 inċident fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar sitt xhur tal-2017

Matul it-tieni nofs tas-sena l-oħra ġew irrapurtati mhux inqas min 1589 inċident fuq il-post tax-xogħol. Il-maġġoranza tal-inċidenti ġew irraportati fil-qasam tal-manifattura,b’262 inċident f’sitt xhur.

Fil-qasam tal-kostruzzjoni kien hemm rata għolja ukoll u l-istess jista’ jingħad għall-qasam tat-trasport biż-żewġ setturi jirreġistraw 416 inċident bejniethom fl-istess perjodu.

Il-maġġoranza ta’ dawk midruba kienu ħaddiema li m’humiex imħarrġa f’sengħa u jagħmlu xogħol ta’ labourers . Ikkumparat mal-2016 in-numru ta’ inċidenti naqsu bi ftit għexieren.

Il-persuni l-aktar milquta min inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma dawk ta’ l-etajiet ta’ bejn il-25 u l-44 sena, bil- maġġor parti ta’ dawk involuti jkunu ta’sess maskili.

Ħafna mill-inċidenti jinvolvu ġrieħi u feriti superfiċjali b’755 jsofru dan it-tip ta’ inċident. Numru sostanzjali sostnew ksur u żlokament filwaqt li madwar 50 persuna kienu affetwati min avvalenament u infezzjonijiet.

Ftit aktar min 400 inċident seħħew f’ażjendi li jimpjegaw aktar min 500 ħaddiem filwaqt kienu 35 dawk il-ħaddiema li jaħdmu għal-rashom mingħar ma jimpjegaw il-ħadd li sofrew xi tip ta’ inċident.