667 il-siringa nstabu fi clean up li organizzaw il-Malta Clean Up fil-Floriana, fil-viċinanzi tal-Masġar tal-Ġublew li jinsab fl-istess lokalità.
F’dan il-foss mhux biss instabu madwar 700 siringa iżda wkoll skart ieħor li mill-pakketti jidhru li ilhom ‘il fuq minn għaxar snin mormija.
F’kummenti minn dawk li nadfu z-zona, Camilla Appelgren qalet li din il-Clean Up kienet l-aktar waħda li tata xokk fl-aħħar 10 snin, b’ammont enormi ta’ siringi li nstabu fiz-zona taħt is-swar Furjaniżi. Hija qalet li kien hemm siringi anke mwaħħlin maz-zkuk tas-siġar.

Il-Masġar u z-zoni tal-madwar ilhom fi stat ta’ abbandun għal numru ta’ snin, b’bosta abbużi isiru f’dawn il-bnadi. Il-masġar u z-zona huma taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern. Infatti daqs għaxar xhur ilu l-Partit Nazzjonalista fil-Floriana permezz tal-Kunsillier James Aaron Ellul ressaq mozzjoni biex iż-żona tal-masġar tkun tassew preservata, billi jinżamm l-ambjent naturali tiegħu, tiżdied is-sigurtà u jsir park għall-familji f’nofs il-bini urban.
Il-lokalità tal-Floriana ilha għaddejja minn sensiela t’abbużi b’numru ta’ vandaliżmu fil-ġonna u kif ukoll fuq il-monumenti nazzjonali, inkluz bieb il-bombi u kif ukoll reati oħra li ħallew bi grieħi tliett persuni inkluż żewġ pulizija.
//= $special ?>

