Lokali Parlament

Attenti għall-kultura tal-mewt

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li hi l-liġi tal-kannabis mediċinali qed titressaq b’intenzjoni tajba iżda l-politiċi għandhom jassiguraw li ma jkunux kompliċi fil-kultura tal-mewt. Din mhix kwistjoni ta’ użu ta’ dritt iżda ta’ responsabbiltà.

Fiol-parlament Edwin Vassallo qal li hu kontra l-użu tad-droga rikreazzjonali u appella biex ikun hemm kunsiderazzjoni dwar iż-żgħażagħ fis-soċjetà. Il-Gvern għandu jserraħ moħħ in-nies li dan mhux l-ewwel pass lejn il-liberalizzazzjoni tas-suq tad-droga fil-pajjiż.

Hu staqsa jekk hux qed isiru kampanji kontra d-droga fil-pajjiż. Edwin Vassallo qal li ma jafdax lill-gvern għall-mod kif jintroduċi liġijiet li jkollhom messaġġ moħbi. L-industrija tad-droga hi waħda enormi fil-pajjiż, sostna Edwin Vassallo.