L-awtoritajiet fil-kapitali Russa, Moska, it-Tnejn ordnaw li l-iskejjel jinżammu magħluqa minħabba l-kwantità kbira ta’ borra li qed tinżel. Fi tmiem il-ġimgħa, Moska rat rekord ta’ borra fit-toroq tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-borra qawwija li qed tinżel, madwar 25 titjira kellhom jinżlu fi bliet oħrajn, filwaqt li kien hemm varji titjiriet li rreġistraw xi dewmien. Sergei Sobyanin, is-Sindku ta’ Moska, qal li s’issa dan it-temp wassal għall-mewt ta’ persuna li ntlaqtet minn siġra li waqgħet minħabba l-piż tal-borra u laqtet arblu tal-elettriku. Kien hemm ukoll mal-2,000 siġra madwar il-belt li kkrollaw bil-piż tas-silġ. Fil-kapitali Russa qed jagħ-mel temp kiesaħ bi 12-il grad Celsius taħt iz-zero.
//= $special ?>Borra rekord f’Moska
5 ta' Frar 2018
You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES







