Lokali

FILMAT: X’tagħmel jekk tara barri ġej jiġri lejk?

Timmaġinak tkun għaddej fit-triq bil-karozza tiegħek, u tara barri kbir ġej jiġri lejk?

Hekk ġara iktar kmieni llum lil sewwieq li iktar kmieni llum ma kellux għażla ħlief li jwaqqaf il-vettura tiegħu fiż-Żejtun u jittama f’xortih hekk kif lejh beda jiġri barri enormi b’sidu jiġri warajh.

Mhux magħruf kif dan il-barri spiċċa f’nofs ta’ triq, għalkemm m’għonqu jidher imdendel ħabel li aktarx kien marbut bih.

Fortunatament ma jidhirx li kien ikkawżat xi inċident wara dan l-episodju mhux tas-soltu, bil-barri jkun ikkontrollat ftit tal-ħin wara.

Xi jiem ilu kienu l-ħnieżer li ddeċidew joħorġu għal dawra, din id-darba fl-Imqabba.

RITRATT: Żewġ ħnieżer iduru fil-qalba tal-Imqabba

Filmat: Glenn Zammit