Futbol Sport

FUTBOL – Di Biagio se jmexxi lill-Italja b’mod temporanju

Luigi Di Biagio se jmexxi, b’mod temporanju, lit-tim nazzjonali tal-Italja

L-eksplejer internazzjonali Taljan u l-kowċ Luigi Di Biagio se jmexxi, b’mod temporanju, lit-tim nazzjonali tal-kbar fil-partiti ta’ ħbiberija tax-xahar li ġej kontra l-Arġentina u l-Ingilterra.

L-Italja kienu bla kowċ wara li f’Novembru li għadda Gian Piero Ventura tkeċċa mill-kariga wara li t-tim naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja li se ssir din is-sena fir-Russja.

Issa la darba nhar il-Ħamis li għadda Roberto Fabbricini nħatar temporanjament bħala mexxej tal-Federazzjoni tal-futbol fl-Italja (FIGC) l-ewwel mossa ta’ dan kienet li joffri din il-kariga lil Di Biagio li kien ilu sa mill-2013 imexxi lit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

L-Italja se tilgħab kontra l-Arġentina fit-23 ta’ Marzu fl-Etihad Stadium filwaqt li erbat ijiem wara f’Wembley tilgħab kontra l-Ingilterra.