It-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra telfa ta’ 1-0 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja. Din kienet l-ewwel logħba minn tnejn li se jilagħbu dawn it-timijiet kontra xulxin bil-konfront li jmiss ikun nhar il-Ħamis fis-6.30pm.
Fil-partita li ntlagħbet fis-Centenary Stadium l-Estonja rebħu 1-0 bl-uniku gowl ikun skurjat minn Katrin Loo fit-80 minuta.
Kif bdew:
Malta: Janice Xuereb, Gabriella Zahra, AnnMarie Said, Stephania Farrugia, Roxanne Micallef, Maria Farrugia, Shona Zammit, Jade Flask, Charlene Zammit, Emma Xuereb, Alishia Sultana.
Estonja: Getrin Strigin, Kairi Himanen, Kethy Ounpuu, Ketlin Saar, Berle Brant, Siret Raamet, Katrin Loo, Eneli Kutter, Kristina Bannikova, Lisette Tammik, Gerli Israel.