Il-Bank of New York Mellon ġie appuntat bħala l-International Partner ta’ BNF Bank plc, awtorizzat biex jipprovdi fondi ta’ trasferimenti ta’ ħlas f’Dollari Amerikani f’ismu.
The Bank of New York Mellon huwa Bank internazzjonali Amerikan li joffri servizzi bankarji u finanzjarji, b’kumpnaija fi New York City, joperaw f’35 pajjiż fl-Amerika, l-Ewropa, Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Asja Paċifiku.
F’dan il-ftehim il-ġdid, il-Bank of New York Mellon se jservi bħala istituzzjoni finanzjarja biex jipprovdi servizzi f’isem il-BNF Bank plc billi jiffaċilita transazzjonijiet fid-dollaru Amerikan.
Matul is-snin, Malta saret ċentru tal-investiment, fejn inħolqu opportunitajiet għan-negozji. Bl-għajnuna ta’ din ir-relazzjoni, BNF Bank se jkompli jissodisfa lill-klijenti tiegħu b’servizzi ta’ kwalità, u jieħu vantaġġ biex jibni relazzjoni kummercjali bejn il-Bank u l-Bank of New York Mellon biex jiffaċilitaw skambju tal-munita u trasferimenti tal-ħlas f’Dollari Amerikani.
//= $special ?>

