Lokali Parlament

Il-Gvern jaħbi dettalji dwar direct orders ta’ miljuni fix-shooting range

Il-Gvern ma jħossx li nkiser il-ftehim mal-VGH….żewġ inkjesti dwar il-mewt taż-żagħżugħ f’Montè Carmeli

Il-Gvern llejla ma tax dettalji dwar żewġ direct orders ta’ €4 miljuni f’total li ngħataw minn Sports Malta għal xogħol fix-shooting range. Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li għamel numru ta’ mistoqsijiet parlamentari supplimentari dwar dawn id-direct orders; liema mistoqsijiet baqgħu mhux imwieġba.

Fil-fatt fil-ħin tal-mistoqsijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa dwar iż-żewg direct orders ta’ €2.3 miljuni l-waħda u taħt liema artiklu tal-liġi ngħataw dawn id-direct orders. Il-mistoqsijiet dwar id-direct orders saru mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Is-Segretarju Parlamentari Cliton Grima wieġeb biss li kollox sar skond ir-regoli iżda ma tax dettalji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-liġi tispeċifika li fejn l-ammont jaqbeż il-€120,000 allura trid tinħareġ offerta iżda f’dawn il-każ, dan ma sarx. Hu staqsa għaliex.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima assigura li kull ordni li ħarġet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni kienet skont ir-regoli iżda reġà ma tax dettalji.

Il-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia insista li l-mistoqsija kienet dwar direct orders minn Sports Malta f’Novembru 2017 ta’ €2 miljuni l-waħda u saħaq għad-dettalji. Hu qal li jrid ikun hemm raġunijiet ċari għaliex isiru l-eċċezzjonijiet fil-proċeduri u staqsa x’kienu dawn l-eċċezzjonijiet; jekk kien hemm.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li r-riferenza qed isir għax-shooting range li kien ilu snin biex isir. Hu qal li l-proċeduri ta’ negozjar tal-offerti tispeċifika li l-liġijiet ikunu osservati mill-Ministeru tal-Finanzi.

Is-settur tas-saħħa…l-azzjonijiet tal-MAM

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius staqsa jekk il-Gvern hux se jagħmel stqarrija dwar is-settur tas-saħħa u d-diskussjonijiet mal-MAM.

Il-Viċi-Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-gvern kellu diskussjonijiet mal-MAM u għada hemm azzjonijiet industrijali. Il-Gvern jibqa’ miftuħ għal diskussjonijiet mal-MAM biex tinstab soluzzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa jekk iil-gvern daħalx id-dettal tas-sitwazzjoni u jidhirlux li hemm ksur tal-artikli tal-ftehim oriġinali li jippermettu lill-gvern jieħu l-isptraijiet lura.

Il-Viċi-Prim Ministru Chis Fearne qla li d-diskussjonijiet mal-MAM ffukaw ukoll fuq il-possibbiltà li l-gvern jiħux lura l-istpartijiet iżda jidher li dan mhux il-każ għaliex m’hemmx sitwazzjoni li l-gvern jista’ jieħu lura l-isptarijiet bla ma jkun hemm piena. Il-Gvern lest li l-MAM u l-Oppożizzjoni jarw il-kuntratti bejn il-Gvern u l-VGH.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li jidher li l-gvern qed jesplora kull possibbltà legali u l-kuntratt jispeċifika li l-kuntratt irid isir biss bil-kunsens tal-gvern. VIALS kienu obbligati li jagħgmlu diversi xogħlijiet iżda kien hemm nuqqasijiet kbar.

Il-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne qal li d-dibattitu dwar l-isptarijiet sar fil-parlament u sostna li hu qatt ma qal li hemm xi rieda mill-gvern li jerġa’ jiftaħ il-kuntratti bejn il-gvern u l-VGH.

Monte Carmeli…mewt ta’ żagħżugħ

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa dwar it-traġedja fuq iż-żagħżugħ li miet f’Monte Carmeli, jekk hux se jkun hemm stqarrija ministerjali u jekk il-ministru hux informat dwar in-nuqqas ta’ sigurtà fl-isptar, jekk jaf li l-pazjent intbagħat minn Mater Dei f’Montè Carmeli u jekk jafx li membri tas-sigurtà sa sagħtejn wara li kien rappurtat nieqes mill-isptar ma kinux informati dwar dak li seħħ. Hu staqsa wkoll jekk il-gvern ħassx li l-mewt ta’ persuna hux każ straordinarju li dwarha kellha issir stqarrija ministerjali.

Il-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne wieġeb li dak hu każ serju li dwaru hemm żewġ inkjesti; waħda maġisterjali l-oħra ministerjali.

Id-deputat Nazzjonalista Mario Gale qal li s-suwiċidju hu sitwazzjoni gravi u sostna li wasal iż-żmien li jkun hemm diskussjoni miftuħa dwar is-suwiċidju waqt li l-gvern ikun pro-attiv.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qabel ma’ Mario Galea dwar l-imprortanza tal-attenzjoni fuq il-mard mentali u sostna li l-gvern qed jaħdem fuq l-inrfastruttura għall-binja l-ġdida għas-saħħa meentali f’Mater Dei, il-modernizzar f’Monte Carmeli u dwar l-istraġieja nazzjonali tas-saħħa mentali.