– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonlaista Robert Cutajar ikkritika lill-gvern għan-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Caritas dwar l-użu tal-kannabis mediċinali.
Fil-parlament Robert Cutajar tkellem dwar il-ħidma tal-Caritas li tiċċelebra l-50 sena mill-ħidma tagħha. Hu sostna li preżentament hemm 900 persuna li jużaw l-out reach centre tal-Caritas, li kienet il-pijuniera f’dan is-settur.
Il-Caritas ħadmet ukoll fuq din il-liġi tant li fl-2017 ħarġet paper u tkellmet dwar l-użu mediċinali tal-kannabis. Hu appella biex il-gvern iserraħ ras kulħadd li m’hemm l-ebda intenzjoni biex x’imkien ifeġġ abbbozz ta’ liġi dwar il-kannabis għar-rikreazzjoni.
Robert Cutajar staqsa jekk il-gvern ikkonsultax u ltaqax mal-Caritas fuq dan l-abbozz u dwar l-abbozz ieħor. L-Oppożizzjoni tqabel ma’ din il-liġi basta ssir id-distinzjoni meħtieġa. Il-Prim Ministru għaġġel meta tkellem u qal li hemm kumpanija u nies identifikati li se jinvestu f’Malta biex jipproduċu l-kannabis.
Din hi arroganza, sostna Robert Cutajar, li kompla li dan hu nuqqss ta’ rispett lejn il-parlament. Dawn huma investimenti li dwahrom m’għandux ikun hemm għaġġla. Għandha ssir ukoll kunsiderazzjoni dwar kemm se tiswa lill-pajjiż l-użu ta’ din l-mediċina. Il-Caritas ma kinux mistiedna mill-PBS fi programmi li jiddiskutu dan is-suġġett tant delikat.
//= $special ?>