Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista lill-Ambaxxatur tat-Tuneżija għal Malta Zohra Ladgham.
Minn naħa tiegħu l-Kap tal-PN Adrian Delia ddeskriva lill-poplu Tuneżin bħala wieħed mill-ġirien l-aktar qrib ta’ Malta li dejjem ħdimna biex inżommu relazzjoni tajba bejn iż-żewġ pajjiżi.
Zohra Ladgham, l-ambaxxatur Tuneżin qal li l-iskop ta’ din il-laqgħa hu importanti hekk kif jixtieq li jiddiskuti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-viżjonijiet l-ġodda tat-Tuneżija biex il-pajjiżi jkompli jagħmel aktar avvanzi ekonomiċi.
//= $special ?>

