Lokali Saħħa

Il-vjolenza domestika m’għandiex Klassi Soċjali

“Jien fejn se mmur b’żewġt itfal u bla xogħol u bid-dejn? Ikollok tibqa’ tissaporti”

“Finanzjarjament niddependi minnu. Kollox f’ismu għandna”

“Kont nibża’ minnu, anke sakemm telaq, kont nibża minnu. Kont inqum bil-lejl kif jidħol id-dar”

Dan huma biss uħud mir-reazzjonijiet li qasmu persuni li pparteċipaw fi studju li sar dwar il-vjolenza domestika. L-istudju hu dwar kif vittmi ta’ vjolenza domestika jistgħu isibu l-għajnuna u ffoka fuq vjolenza domestika fil-konfront tal-mara.

B’kollox ipparteċipaw 50 persuna – 23 minnhom għaddew minn esperjenza ta’ vjolenza domestika u 27 profesjonisti li jagħtu għajnuna lill-vittmi.
Mill-informazzjoni li ħarġet minn dan l-istudju jsemmi li l-vjolenza domestika hi preżenti f’kull faxx tas-soċjeta’.

Dan minbarra li jissemmew; il-mistħija li jesperjenzaw il-vittmi għaliex ikun mistenni minnhom li jżommu l-familja magħquda.

Mill-istudju joħroġ wkoll li fatturi importanti f’dan kollu hu s-sehem tal-Pulizija u s-sistema tal-ġudikatura. Ingħad li ġieli kien hemm każi fejn il-Pulizija qalu lill-vittmi meta għamlu rapport: Le m’għandek xejn, mur id-dar…issa laħlaħ wiċċek u jgħaddilek.

Issemma’ wkoll il-proċess ġudizzjarju li jkun twil ħafna f’ħafna drabi li jagħmilha aktar diffiċli għall-vittma li toħroġ mis-sitwazzjoni hekk kif il-problema finanzjarja, fejn ikun hemm, tkompli tidħol fil-fond. U din tista’ tkun arma għal min qed iwettaq il-vjolenza domestika biex jivvendiga ruħu.
Mill-istudju ħareġ wkoll li hawn ħafna rġiel li jaħdmu biex ikollhom reputazzjoni tajba u dan biex jagħmilha diffiċli għall-mara biex titwemmen.

Wara l-prżentazzjoni ta’ dan l-istudju tkellimna ma’ Elaine Compagno li għaddiet mill-esperjenza ta’ vjolenza domestika.

Tkellimna wkoll ma’ Holger Saliba li flimkien ma’ Marceline Naudi u Marilyn Clark għamlu dan l-istudju f’isem l-Universita’ ta’ Malta fi ħdan il-Fakulta’ tas-Social Wellbeing.

Il-liġi tal-Vjolenza Domestika waslet fit-tieni qari tagħha fil-Parlament