Kien hemm mumenti ta’ tensjoni madwar il-Palazz Presidenzjali f’Tehran wara li l-gwardji fetħu n-nar fuq raġel li pprova jidħol bil-forza.
Ir-raġel, li kien armat b’xabla, indarab u ttieħed l-isptar u ma nħarġitx informazzjoni la dwar ir-raġuni tal-attakk u lanqas dwar il-kundizzjoni tiegħu. Xhieda qalu li r-raġel kien liebes liżar abjad, li simbolikament ifisser li lest jissaġrifika ħajtu.
Skont rapporti mill-Iran, ir-raġel irnexxielu jgħaddi mill-ewwel checkpoint – wieħed minn diversi li hemm mal-kumpless Presidenzjali. Mhux ċar jekk fil-bini kienx hemm il-President Hassan Rouhani
Jipprova jidħol b’xabla fil-Palazz Presidenzjali f’Tehran


