Il-Prim Ministru uża l-email personali tiegħu biex jiftiehem ma’ barranin biex jiftħu kawżi fl-Istati Uniti kontra individwi Maltin u organizazzjonijiet tal-media biex issirilhom ħsara finanzjarja.
Qal dan id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’aġġornament fil-Parlament.
Jason Azzopardi qal ukoll li fis-sittax ta’ Ottubru li għadda kumpanija legali Amerikana heddet djar tal-midja lokali li kienet se tfittixhom għal xejn inqas minn 40 miljun dollaru f’isem il-bank Pilatus.
Id-deputat Nazzjonalista ukoll sfida lill-Prim Ministru biex jaffronta lill-midja wara li ilu xhur jagħmel minn kollox biex jevita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Jason Azzopardi kien qed jitkellem fil-kuntest tad-diskussjoni dwar is-SLAPP. Hu semma sensiela ta’ każijiet li fihom il-Gvern prova jrażżan il-media milli tagħmel xogħolha.
//= $special ?>


