Lokali

“Mulej għinni nifhem … il-problemi tal-maths”

Risposta f’eżami tar-reliġjon nisslet tbissima hekk kif tifel li kellu l-mistoqsija “Ġesù għinni nifhem” kompla r-risposta tiegħu billi kiteb “il-problemi tal-maths.”

L-eżami tal-matematika f’pajjiżna hu fost l-iktar li jwassal għal riżultati mhux suffiċenti biex wieħed jgħaddi. Persuni oħra li tkellmu fuq il-post tal-għalliema li tellgħet din ir-risposta tgħid li din hi xhieda tal-pressjoni li dawn it-tfal ikollhom fi żmien l-eżamijiet.

Fl-2016, l-istatistika turi li minn 4, 597 student li għamel l-eżami f’livell ta’ OLevel tal-matematika kienu biss 2,485, jiġifieri ftit iktar minn 54% li ġabu marka biżżejjed biex jiksbu grad bejn 1 u 5.