Futbol Sport

Seedorf kowċ ta’ Deportivo La Coruna

Seedorf

L-eksmidfielder ta’ Real Madrid u Milan Clarence Seedorf inħatar bħala kowċ ta’ Deportivo La Coruna sa tmiem l-istaġun. Hu se jkun qed jieħu post Cristobal Parralo li tkeċċa mill-kariga tard il-Ħadd filgħaxija.

Bħala plejer Seedorf rebaħ il-kampjonat u ċ-Champions League ma’ Real Madrid filwaqt li ma’ Milan rebaħ diversi unuri fosthom darbtejn il-kampjonat Taljan u anke ċ-Champions League.

Bħala kowċ hu mexxa lil Milan fl-2014 u lill-klabb Ċiniż ta’ Shenzhen.

Cristobal Parralo tkeċċa erba’ xhur biss wara li dan beda jmexxi lit-tim tiegħu. L-aħbar waslet wara li fi tmiem il-ġimgħa Deportivo tilfu 5-0 kontra Real Sociedad.