Hekk kif fallew id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, għada t-tobba se josservaw numru ta’ direttivi li fost l-oħrajn jinkludu wkoll strajk.
Din hi l-lista sħiħa ta’ direttivi li se jaffettwaw kemm l-isptarijiet lokali kif ukoll iċ-ċentri tas-saħħa:
- It-tobba fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei u fi kliniċi oħra pubbliċi li joffru servizz ta’ outpatients madwar Malta u Għawdex se josservaw strajk bejn it-8:00 u l-16:00;
- Tobba li jaħdmu fis-swali tal-isptar Mater Dei se jaħdmu fuq direttiva ta’ work-to-rule, jiġifieri jagħmlu biss ix-xogħol bażiku skont il-kuntratt tagħhom;
- Tobba li jagħmluxogħol amministrattiv mhux se jwieġbu telefonati jew emails;
- L-appuntamenti kollha fiċ-ċentri tas-saħħa, minbarra f’dawk ta’ Raħal Ġdid, il-Floriana, il-Mosta u r-Rabat Għawdex, se jiġu posposti għal data oħra;
- Preskrizzjonijiet ta’ rutina li jsiru fiċ-ċentri tas-saħħa kollha, minbarra f’dawk ta’ Raħal Ġdid, il-Floriana, il-Mosta u r-Rabat Għawdex, se jiġu posposti għal data oħra; b’mod regolari se jkunu posposti għal data oħra;
- Mhux se jkun hemm tobba fiċ-ċentri tas-saħħa distrettwali, kif ukoll f’dawk tal-Gżira, ir-Rabat, Birkirkara, Ħal Qormi u Bormla;
- Ċentri tas-saħħa li joffru servizz ta’ eżaminazzjoni fid-djar privati se jaħdmu biss b’tabib wieħed li se jsegwi protokoll ta’ liem każ għandu jiġi segwit;
- Wara s-14:30 mhux se jinħarġu ċertifikati mediċi għal pazjenti li jkunu rilaxxati mill-isptar;
- Mhux se joħorġu lanqas karti ta’ rilaxx mill-isptar, preskrizzjonijiet jew karti oħra mid-discharge lounge tal-isptar wara s-14:30;
- L-istess dokumenti se jimtlew biss minn tobba fi grad ta’ fondazzjoni (foundation doctors) jekk il-pazjenti jkunu f’sala normali;
- Wara s-14:30. se jimtlew biss preskrizzjonijiet għal suppliment ta’ mediċina ta’ tlett ijiem;
- Mis-14:30 sat-8:30 it-tobba fi grad ta’ fondazzjoni (foundation doctors) se jaħdmu biss fuq każi urġenti ta’ natura klinika u jillimitaw ix-xogħol fuq dokumenti.
Iċ-ċentri tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid, il-Floriana, il-Mosta u r-Rabat Għawdex se jkunu qed joffru biss servizzi t’emerġenza. Il-bereġ l-oħra se jkunu magħluqa.
Dan filwaqt li d-direttivi mhux se jaffettwaw l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo kif ukoll il-kliniċi tal-maternità, kif ukoll swali tal-isptar fejn hemm pazjenti b’kundizzjonijiet akuti u d-Dipartiment tal-Emerġenza.
//= $special ?>

