Lokali Parlament

It-tipjip tal- kannabis għal skopijiet mhux mediċinali mhux awtorizzat fl-UE

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini spjega kif l-ebda pajjiż Ewropew ma jawtorizza l-użu tal-kannabis għal skopijiet rekreazzjonali minkejja li numru minnhom jawtorizzawha għal skopijiet mediċinali. Fil-fatt in-numru ta’ dawn il-pajjiżi Ewropej qiegħed dejjem jikber.

Fil-parlament David Stellini qal li fl-UE hawn 1 minn kull 8 żgħażagħ bejn il-15 u l-34 li uża l-kannabis fl-2017. Wieħed fil-mija minn dawn qed ipejpu l-kannabis kuljum jew kważi kuljum; dawn jammontaw għal madwar tliet miljun persuna. Il-pajjiżi Ewropej huma obbligati li jikkontrollaw l-użu tal-kannabis u jillimitawh għal skopijiet mediċinali.

Hu semma l-eżempju tas-sitwazzjoni fl-Olanda fejn il-gvern jagħlaq għajn waħda u l-kannabis tinxtara mill-ħwienet.
David Stellini tkellem dwar is-sitwazzjoni f’diversi pajjiżi Ewropej fosthom id-Danimarka u tratta t-trattati tal-UE li għanhda tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-pajjiżi membri tagħha biex titnaqqas il-ħsara mid-droga. Għalhekk m’hemmx uniformità bejn il-pajjiżi membri.

David Stellini qal li l-Greċja, l-Irlanda, l-Polonja, l-Ġermanja illeġiżlaw jew qed jilleġiżlaw favur l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali. L-ebda pajjiż Ewropej ma jawtorizza it-tipjip tal-kannabis għal skopijiet mediċini.