Ilham Aliyev, il-President tal-Ażerbajġan, it-Tnejn ħabbar li kien se jsejjaħ elezzjoni Presidenżjali bikrija – sitt xhur qabel id-data stabbilita.
L-aħbar issorprendiet lil ħafna u mhux magħruf għaliex ittieħed dan il-pass. L-elezzjoni issa se ssir fil-11 ta’ April. Suppost din kellha ssir fis-17 ta’ Ottubru.
Aliyev, li għandu 56 sena, kien elett President l-ewwel darba fl-2003 wara l-mewt ta’ missieru Heydar Aliyev, eksaġent tal-KGB u li kien ilu jmexxi l-pajjiż b’ponn tal-ħadid mill-1993.
Fl-2009, hu kien biddel il-Kostituzzjoni tal-pajjiż biex ikun jista’ jikkontesta kemm il-mandat irid. Barra minn hekk hu assigura li l-familja tiegħu tikkontrolla l-pajjiż. Is-sena li għaddiet ħatar lil martu, Mehriban Aliyeva, bħala l-Ewwel Viċi President.
Tissejjaħ elezzjoni Presidenzjali bikrija fl-Ażerbajġan


