Lokali

Appoġġ min-Network tas-Soċjetà Ċivili għall-istrajk tat-tobba

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili esprima pubblikanent l-appoġġ tiegħu ghall-Medical Association of Malta (MAM) fit-tilwima li hi għandha mal-gvern Malti b’rabta mal-għażliet irresponsabbli tal-gvern fil-kwistjoni tal-privatizzazzjoni tas-servizzi mogħtija fi sptarijiet Maltin. In-Netwerk hu tal-fehma li l-aktar li ser ibatu minn mid-deċiżjonijiet ħżiena tal-gvern ser ikunu l-pazjenti.

Għan-Netwerk il-fatt li l-gvern ma rrispettax l-obbligi tiegħu lejn il-MAM fil-kwistjoni ta’ Steward Healthcare hu ta’ tħassib kbir u jqajjem dubji serjissimi dwar fl-interess ta’ min qegħdin jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.

Għan-Netwerk mhuwiex aċċettabbli u huwa tassew xokkanti li l-gvern rabat lill-poplu Malti bl-obbligu li jħallas mitt miljun ewro u d-djun kollha tal-investitur f’każ illi gvern Malti futur ikun irid jieħu lura f’idejh l-isptarjiet inkwisjoni. Dan m’hu xejn ħlief mażra m’għonq ġenerazzjonijiet futuri u jispjega għalfejn id-dettalji tal-ftehim ma’ Vitals inżammew mistura mill-gvern.